Anzjan ta’ 71 sena minn Santa Venera ttieħed l-isptar għall-kura wara li kien involut f’ inċident tat-traffiku fi Triq Mannarino, Birkirkara.
ONE News huwa nfurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.45 ta’ dalgħodu, meta l-vettura tat-tip Toyota Tercel misjuqa mill-anzjan kienet involuta f’ħabta ma’ vann tat-tip Isuzu misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena minn Ħal Tarxien.
L-anzjan sofra minn ġrieħi gravi, filwaqt li ż-żagħżugħ ma ġarrab l-ebda ġrieħi.