Anzjan ta’ 68 sena miż-Żurrieq ingħata sentenza sospiża wara li ħareġ mus għas-sieħba ta’ ibnu. Il-każ ġara it-Tnejn filgħodu fiż-Żejtun.
Salvu Dalli, tressaq il-Qorti akkuzat li kellu l-ħsieb li jikkaġuna feriti ta’ natura gravi fuq is-sieħba tat-tifel u ta’ bidu għall-eżekuzzjoni tad-delitt liema delitt ma seħħx minħabba xi ħaġa aċċidentali u indipendenti mill-volontà tiegħu. Hu ġie akkużat ukoll li kellu sikkina mingħajr ma kellu liċenzja.