Peter Bonavia, anzjan ta’ 67 sena, ma nstabx ħati li ħaqar kelb. Il-każ imur lura għal-Lulju tal-2015 waqt il-festa ta’ Santa Venera, meta l-anzjan kien akkużat li ġiegħel annimal isofri uġigħ u tbatija.
Kien il-ġar tiegħu li rraporta li kien ra lill-anzjan jagħti daqqa ta’ sieq lill-kelb b’suppervja meta kien bilqiegħda fuq l-għatba ta’ daru jistenna l-marċ tar-raħal.
Minn xhieda ta’ żewġ membri tad-dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali li nvestigaw il-każ, irriżulta li ma saret l-ebda moħqrija fuq il-kelb. Filwaqt li l-Qorti insinwat li r-rapport seta’ sar b’kattiverja, ikkonkludiet li l-kelb huwa miżmum sew mill-anzjan.