Anzjan ta’ 83 sena minn Birkirkara weġġa’ gravi, meta kien qed isuq rota u ntlaqat minn karozza fl-Imtarfa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11 ta’ dalgħodu fi Triq Kav. Vincenzo Bonello.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marret il-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqat minn raġel ta’ 65 sena li jgħix Birkirkara.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.