Anzjan ta’ disgħa u sittin sena miż-Żejtun ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, wara li kien involut f’argument ma’ raġel ieħor li matulu ntużat arma li taqta’ u bil-ponta, x’aktarx sikkina.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-każ seħħ ftit wara nofsinhar fi Triq il-Lampuka f’Raħal Ġdid.
Ir-raġel l-ieħor involut fl-argument qed jiġi mitkellem mill-Pulizija.
Il-kundizzjoni tal-anzjan għadha mhix magħrufa u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.