Anzjan ġarrab ġrieħi ħfief wara li kmieni dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-3:40 ta’ filgħodu fi Triq tal-Barrani, Ħal-Tarxien meta għal xi raġuni vettura tat-tip BMW 520 misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti s-Swieqi kellha impatt ma’ vettura tat-tip Ford Escort misjuqa minn raġel anzjan ta’ 83 sena residenti x-Xgħajra, Żabbar.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-anzjan l-isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura neċessajra.
Hu nstab li fortunatament ġarrab ġrieħi ħfief.