Anzjan ta’ 73 sena mis-Swieqi indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’ Birkirkara kif ukoll mara ta’ 72 sena, residenti wkoll is-Swieqi li sofriet ġrieħi ta’ natura ħafifa.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu fi Triq il-Wied, Birkirkara.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tat-Toyota Vitz li kien qed isuq u ħabat f’żewġ vetturi tal-għamla Ford Kuga u Mitsubishi Pajero li kienu pparkjati.
L-anzjan ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ż-żewġ persuni ittieħedu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.