Anzjan ta’ 83 sena ittieħed l-isptar wara li ftit tal-ħin ilu waqa’ saqaf tad-dar tiegħu fi Triq Stiefnu Zerafa fil-Marsa.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija tad-distrett għall-ħabta tat-15:15 flimkien ma’ tim mediku u ambulanza, li taw l-ewwel għajnuna lill-anzjan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-vittma nħareġ minn ġewwa d-dar tiegħu bl-għajnuna tal-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.