Anzjan ta’ 74 sena mill-Birgu weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur.
Il-każ seħħ it-Tlieta għall-ħabta tas-sitta u kwart ta’ filgħaxija fi Triq San Nikola f’Bormla.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qed isuq mutur tal-għamla Lambretta 150, tilef il-kontroll u waqa’.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.