Ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet ittajjret persuna fi Triq Sarria, il-Furjana.
Il-Pulizija mill-Għassa tal-Belt marru fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari, rriżulta li raġel ta’ 61 sena, residenti Birkirkara kien safa mtajjar minn xarabank, misjuqa minn xufier ta’ 24 sena residenti Bormla.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.