Anzjan ta’ 75 sena mill-Gżira qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li ttajjar minn karozza f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ għal ħabta tas-13:10 ta’ wara nofsinhar fi Triq ix-Xatt, Tas-Sliema. L-anzjan ittajjar minn vettura tat-tip Fiat Punto misjuqa minn raġel ta’ 34 sena mill-Eritea.
Ambulanza ħadet lill-anzjan l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura medika.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.