Anzjan ta’ 82 sena iweġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza fil-Fgura.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7:15 ta’ filgħaxija fi Triq is-Sur.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-anzjan li joqgħod il-Fgura, intlaqat minn Jeep Renegade li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 29 sena mill-Fgura wkoll.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.