Anzjan ta’ 85 sena ttieħed l-isptar Mater Dei wara li ttajjar minn vettura f’Ħal Għaxaq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:00 fi triq San Filippu f’Ħal Għaxaq.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet l-anzjan l-isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura neċessarja.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.