Anzjan tilef ħajtu wara li x’aktarx żelaq fix-Xatt tal-Isla.
L-inċideny seħħ illum 10 ta’ Frar, 2018 għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna mixħuta mal-art fi Triq ix-Xatt, l-Isla.
Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ li sar jidher li anzjan ta’ 79 sena x’aktarx kien żelaq u sofra xi ġrieħi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassist lill-vittma li huwa residenti l-Isla stess, iżda sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr G. Vella LLD li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.