Anzjan ta’ 75 sena tilef ħajtu wara li waqa’ t-taraġ tar-residenza tiegħu f’Ħaż-Żabbar.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-erbgħa f’residenza fi Triq ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 75 sena li joqod fl-istess residenza, waqa’ waqt li kien waħdu fit-taraġ.
Tim mediku ssejjaħ fuq il-post iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia li ħatret inkjetsa, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.