Anzjan ta’ 71 sena minn Ħad-Dingli tilef ħajtu traġikament wara li dalgħodu waqa’ minn għoli ta’ madwar sular waqt li kien qed jaħdem minn fuq sellum f’garaxx, f’Misraħ is-Suffara f’Ħad-Dingli stess.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza sabiex jassistu, iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin