Anzjan ta’ sebgħin sena tilef ħajtu wara li kien qed jgħum f’pixxina f’residenza privata.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija fi Triq il-Kbira, iż-Żurrieq.
Il-Pulizija ġiet infurmata li kien instab bniedem mitluf minn sensih u marru fuq il-post flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li sabu r-raġel bla ħajja fil-pixxina.
Il-Maġistrat tal-Għadda Clair Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għadhom għaddejjin.