Kmieni dalgħodu anzjan ta’ 68 sena residenti l-Ħamrun safa mtajjar minn karozza misjuqa minn mara ta’ 43 sena mill-Fgura. L-inċident seħħ fi triq Nazzjonali fil-Furjana. Fuq il-post intalbet l-assistenza tal-Pulizija kif ukoll ta’ Ambulanza fejn ħadet lill-anzjan l-isptar Mater Dei għall-aktar kura.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.