Anzjan qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ t-taraġ ta’ residenza fil-Belt Valletta.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-erbgħa neqsin għoxrin meta raġel ta’ 68 sena allegatament waqa’ it-taraġ tar-residenza tiegħu li tinsab fi Triq tat-Teatru l-Antik, il-Belt Valletta.
Ir-raġel ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.
Għaldaqstant, bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Y. Micallef Stafrace LL.D li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.