Anzjan ta’ 66 sena ndarab gravi wara li waqa’ minn fuq sellum fl-Imdina.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu f’binja fi Triq Villegaignon, l-Imdina.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 66 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, weġġa’ wara li waqa’ madwar sular u nofs waqt li kien fuq sellum.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti. Huwa ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.