Anzjan indarab gravi wara li ttajjar minn karozza f’Birkirkara.
L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tat-8:15 fi Triq Salv u Psaila, Birkirkara.
Il-Pulizija tad-Distrett marru min nufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 79 sena residenti Birkirkara stess safa’ m ilqut minn vettura tat-tip Citroen Berlingo. Il-v ettura kienet qegħda tinstaq minn raġel ta’ 46 sena residenti Birkirkara ukoll.Fuq il-post issejħet ambulanz a mill-Isptar Mater Dei sabiex tassisti lill-vit tma. Huwa ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei fejn għadu kemm ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.