Anzjan ta’ 76 sena minn Ħal Qormi ndarab gravi wara li pprova jikkontrolla nirien f’Ħal Qormi.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar f’għalqa fi Triq il-Ħofor, Ħal Qormi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-anzjani sofra xi ġrieħi meta kien qed jipprova jikkontrolla xi ħaxix li kien qed jieħu n-nar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li assitew lir-raġel. Ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura fejn aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.