Anzjan ta’ 79 sena residenti s-Swieqi qed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ intlaqat minn karozza fis-Swieqi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17:15 ta’ filgħaxija fi Triq il-Qasam kantuniera ma’ Triq is-Sejjiegħ, is-Swieqi, meta għal xi raġuni r-raġel ta’ 79 sena ġie milqut minn karozza tal-għamla Toyota misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti l-Gżira.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan il-każ għadhom għaddejin.