Anzjan indarab gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Tarxien.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart ta’ filgħaxija fi Triq Tal-Barrani.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li anzjan ta’ 72 sena minn Santa Luċija ntlaqat minn Suzuki Swift misjuqa minn raġel ta’ 52 sena minn Santa Luċija.
L-anzjan ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.