Anzjan ta’ 74 sena residenti Ħal Qormi ġarrab ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Wied, iż-Żurrieq.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-disgħa u kwart ta’ filgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata bl-inċident u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn żewġ karozzi, Ford Fiesta, misjuqa minn mara ta’ 21 sena mis-Siġġiewi, u Toyota Belta, misjuqa mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.