Anzjan ta’ 73 sena minn Birżebbuġa ndarab gravi f’inċident bil-mutur f’Birżebbuġa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħodu fi Triq Birżebbuġa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Piaggio, tilef il-kontroll u kellhu impatt ma’ karozza pparkjata tal-għamla Ford Fiesta.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.