Rosario Cortis ta’ 70 sena kien immultat mill-Qorti u ngħata libertà kkundizzjonata wara li għajjar lil kuntistabbli tal-Pulizija.
Il-każ seħħ fit-18 ta’ Frar li għadda f’Ħal Qormi meta l-anzjan għajjar lill-kuntistabbli, m’obdiex ordnijiet tal-Pulizija, għamel reżistenza bi vjolenza, u kiser il-paċi pubblika.
Il-Qorti nnutat li ma kienx hemm provi li l-akkużat attakka lil xi ħadd, iżda sabet lill-anzjan ħati li għajjar lill-kuntistabbli ‘giddieb’.
Huwa kien immultat €800, u nħeles mill-arrest bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sena.