Anzjan ta’ madwar erbgħa u sebgħin sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding fi Triq Dawret il-Gżejjer, f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għal-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu meta r-raġel, li huwa minn San Pawl il-Baħar, waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fuq barra ta’ lukanda.
Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.