Anzjan ta’ 69 sena minn Santa Luċija jisab f’qagħda gravi wara li għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ madwar sular f’dar f’Santa Luċija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu xħin kien qed jagħmel xi xogħlijiet f’dar f’Santa Luċija.
Il-pulizija kkonfermat ma’ One.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq l-Istefanotisu, fejn fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lill-anzjan l-Isptar għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isoffri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.