Raġel ta’ 71 sena u residenti Bormla, għal xi s-sitta u kwart ta’ dalgħodu ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq San Ġwann T’Għuxa, Bormla.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 43 sena li toqgħod San Pawl il-Baħar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.