Anzjan ta’ 82 sena minn San Ġwann weġġa’ serjament wara li waqa’ minn għoli f’residenza fi Triq Birkirkara f’San Ġwann.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-każ seħħ it-Tnejn waranofsinhar għall-ħabta tal-16:20, meta r-raġel waqa’ waqt li kien qed jagħlef l-annimali.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.