Raġel ta’ 65 sena minn Santa Venera weġġa’ serjament f’inċident li seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja u nofs.
Il-każ seħħ f’razzett li jinsab fi Triq Ħal Farruġ is-Siġġiewi, meta r-raġel waqa’ minn fuq sellum.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat tal-Għassa ġie nfurmat bil-każ u ħatar inkjesta u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.