Anzjan Ingliż ta’ ħamsa u sebgħin sena li jgħix Ħal Għaxaq weġġa’ serjament f’inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra u nofs f’Dawret Ħal Għaxaq, f’Ħal Għaxaq.
Jirriżulta li l-anzjan intlaqat minn karozza tat-tip Toyota Corolla li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ sittin sena miż-Żejtun.
L-anzjan ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.