Anzjan ta’ 68 sena minn Bormla weġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza f’Borlma.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tlieta u kwart ta’ wara nofsinhar fi Triq San Nikola.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li l-vittma weġġa’ wara li ntlaqat minn vettura Mazda 2, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 31 sena minn Ħaż-Żabbar.
L-anzjan ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.