Anzjan ta’ 88 sena minn Birkirkara weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza waqt li kienet qed tirriversja fil-parkeġġ tal-Pama, il-Mosta.
L-inċident seħħ ilbieraħ għal xi t-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar, bil-vettura kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 65 residenti Birkirkara.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.