Anzjan ta’ 74 sena minn Ħal Tarxien weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Tarxien stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:15 ta’ dalgħodu fi Triq Sant’ Anna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqat minn karozza, misjuqa minn raġel ta’ 53 sena li jgħix ukoll Ħal Tarxien.
Tim mediku assista lir-raġel u minnufih ittieħed l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.