Anzjan ta’ 75 sena miż-Żejtun weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza fiż-Żejtun.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija, fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas, iż-Żejtun.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru minnufih il-Pulizija, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-anzjan intlaqat minn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena li jgħix l-Imtarfa.
Mar ukoll tim mediku, li ħa lill-vittma l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għandhom għaddejjin.