Anzjan ta’ 70 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Qormi il-Ħadd waranofsinhar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:30 fi Triq il-Ħlas, Ħal Qormi, meta l-anzjan, li jgħix Ħaż-Żebbuġ, intlaqat minn karozza tat-tip Toyota Hilux misjuqa minn raġel ta’ 33 sena, residenti Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.