Illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Victor Tedesco, il-Ħamrun.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari irriżulta li vetturi li kienet ipparkjata, għal xi raġuni, imxiet waħidha u laqtet raġel ta’ 81 sena residenti Santa Venera kif ukoll żewġ vetturi li kienu pparkjati.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie
ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.