Anzjan ta’ sebgħin sena residenti Marsaxlokk weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar fi Triq l-Imdina.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Peugeot Partner, misjuq minn raġel ta’ 51 sena residenti tal-Pietà u mutur Daelim YC125 misjuq mill-vittma.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.