Anzjan ta’ 78 minn Tas-Sliema weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku fiċ-Ċirkewwa.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar fi Triq il-Marfa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Corolla misjuqa mill-anjzan u Mercedes Sprinter misjuq minn raġel ta’ 55 sena residenti Santa Venera.
Is-sewwieq tat-Toyota ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.