Anzjan ta’ 68 sena residenti Xagħra, Għawdex sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat permezz ta’ xi makkinarju fuq il-post tax-xogħol f’Għajnsielem
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17:00 ta’ wara nofsinhar ġewwa barriera fit-Triq il-Qala, Għajnsielem.
Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Bil-każ ġiet infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr J. Vella Cuschieri LLD li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.