Anzjan ta’ 73 sena mill-Marsa weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fil-Marsa stess.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9.00 ta’ filgħaxija fi Triq Patri Magri.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn karozza tal-għamlta Toyota Vitz, misjuqa minn raġel ta’ 21 sena li joqgħod Ħal Tarxien.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.