Anzjan ta’ 68 qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħ’Attard. L-aċċident seħħ għall-ħabta tal-4:15 ta’ filgħodu fi Triq il-Pitkali, f’Ħ’Attard.
Mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li r-raġel residenti ż-Żurrieq intlaqat minn vettura tal-għamla Nissan NV200, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 46 sena mill-Gżira.
L-anzjan ingħata l-Ewwel Għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.