Anzjan ta’ 72 sena minn Għajnsielem qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ waqt li kien qed jiġri qalb l-għelieqi fi Triq il-Ħamri, Għajnsielem.
L-inċident seħħ il-Ħadd għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ wara nofsinhar.
Kien intervent minn surġent tal-Pulizija li kien ‘off duty’ li ra l-inċident isir, ta l-ewwel għajnuna u ċempel għal għajnuna.
Immedjatament fuq il-post marru l-pulizija, li mill-ewwel investigazzjonijiet sabu li r-raġel waqa’ waqt li kien qed jiġri.
Fuq il-post marret ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
L-investigazjonijiet tal-pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin u qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.