Anzjan ta’ 81 sena residenti Ħal Luqa sofra minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Luqa.
Il-każ seħħ fi Triq il-Gudja għall-ħabta tal-għaxra u kwart ta’ dalgħodu.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn Toyota Starlet, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Tarxien.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.