Raġel pensjonant ta’ 73 sena, residenti San Gwann, sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ min fuq cint f’San Ġwann.
L-inċident seħħ illum, fil-10:45hrs fi Triq il-Ġibjun, San Ġwann.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.