Anzjan ta’ 83 sena, residenti Santa Venera, sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ għal wiċċu mal-art.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:00 ta’ dalgħodu fi Triq San Ġużepp, Santa Venera.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ġewwa Mater Dei għall-aktar kura, fejn dan ġie ċċertifikat li qed issofri min ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.