Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-għaxra u nofs, seħħ inċident stradali fi Triq il-Baltiku, San Ġiljan.
Raġel ta’ 78 sena residenti l-Belt Valletta safa’ milqut minn mutur tat-tip Yamaha Crypton li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 29 sena li joqgħod iż-Żurrieq.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 78 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li s-sewwieq tal-mutur ma sofra l-ebda ġrieħi.