Raġel ta’ 75 sena sofra ġrieħi ħfief wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant Antnin f’Wied il-Għajn.
L-inċident seħħ fis-7:30 tal-bieraħ filgħaxija.
Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija rriżulta li l-anzjan intlaqat minn vettura tat-tip Hyundai i10, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ erbgħa u tletin sena minn Birkirkara.
Il-vittma ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Il-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.